Mara tindarab gravi f’ħabta bil-karozza li ħadet in-nar

Mara ta’ 33 sena mill-Mosta ndarbet gravi f’inċident tat-traffiku kmieni dalgħodu fil-Mosta.

Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.00 fi Triq il-Forztizza meta l-vettura tat-tip Toyota Yaris, baqgħet dieħla f’ċint, b’riżultat li l-vettura ħadet in-nar.

Il-mara ta’ 33 sena, ġarrbet xi ġrieħi u ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard hija ġiet iċċertifikat li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.