Kronaka
Mara tindarab gravi wara li ntlaqtet minn vettura

Mara weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn vettura.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-5.30pm. Il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq San Pawl, Tas-Sliema, minħabba li persuna kienet intlaqtet minn vettura.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel Libjan ta’ 51 sena residenti Tas-Sliema, kien qiegħed isuq il-vettura tattip Toyota Vitz meta għal xi raġuni laqat mara ta’ 69 sena residenti Tas-Sliema ukoll.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil mara l-isptar Mater Dei għall-kura.

Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Bejn għada u t-Tlieta, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker se jkun f’Malta fuq żjara uffiċjali. Juncker mistenni jkollu taħditiet f’Kastilja mal-Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll mal-President ta’ Malta George…

TV u Radju

Il-ġurnalisti tal-PBS rebħu 9 unuri għal stejjer u produzzjonijiet li xxandru fuq TVM, Radju Malta u tvm.com.mt. Sitta mid-disgħa kategoriji li ntrebħu mill-PBS intrebħu lis-sitt ġurnalisti tal-kamra tal-aħbarijiet fosthom għal…

Lokali

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2019 Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu l-istorja dwar il-fdalijiet ta’ katavru li l-pulizija sabet…

Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Aktar