
Kronaka
Mara tindarab gravi wara li waqgħet f’residenza vojta
Mara ta’ 63 sena weġġgħet gravi meta llum waranofsinhar waqgħet f’residenza f’Birkirkara.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ntalbet tassisti fi Triq Ħal Għargħur għall-ħabta tal-4.50pm.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara, li tgħix Birkirkara, waqgħet għoli ta’ madwar sular f’residenza vojta.
Intalbet l-assistenza ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili, u l-mara ttieħdet l-isptar permezz ta’ ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.