Barranin
Mara tinqatel minn kelb il-baħar waqt li kienet qed tgħum f’Maine

Mara ta’ 63 sena mietet wara li ġiet attakkata minn ‘great white shark’ f’Maine, fl-Istati Uniti.

Dan huwa l-ewwel attakk fatali minn kelb il-baħar f’dan l-istat, li rari jesperjenza xi attakk simili, hekk kif din l-ispeċi ta’ klieb il-baħar ma tantx hija komuni f’dan ir-reġjun minħabba li l-ilma huwa pjuttost kiesaħ.

Il-mara ġiet identifikata bħala Julie Holowach ta’ 63 sena, li kienet għadha kemm ħarġet bil-pensjoni wara karriera fl-industrija tal-moda.

Fil-ħin tal-attakk Holowach kienet qed tgħum ma’ bintha viċin Mackerel Cove, 18-il metru ‘l barra mill-bajja. Bintha ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Kien irrappurtat li Holowach kienet liebsa ‘wet suit’, filwaqt li bintha le, li qajjem spekulazzjoni dwar jekk il-kelb il-baħar kienx attakka lil Holowach għax ħasibha foka.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tarbija f’Beirut kienet waslet biex titwieled meta seħħet l-ewwel splużjoni ta’ jumejn ilu, li farrket il-ħġieġ tas-sala tal-isptar. Il-mument inqabad minn missier it-tarbija, li dak il-ħin inzerta qed jiġbed filmat…

Barranin

It-tieni jum wara l-isplużjoni li heżżet il-kapitali Lebaniża, Beirut, fost sens qawwi ta’ xokk u rabja l-poplu kompla jnaddaf il-ħerba li sab ruħu fiha. S’issa mal-160 persuna kienu kkonfermati mejta…

Storja

Ħamsa u sebgħin sena ilu bħal-lum, id-dinja nħasdet. It-Tieni Gwerra Dinjija kienet għadha sejra fil-Paċifiku meta l-Istati Uniti tefgħet bomba atomica fuq Hiroshima u tliet ijiem wara fuq Nagasaki. L-effett…

COVID-19

Franza, Spanja u l-Greċja kien fost il-pajjiżi Ewropej li rreġistraw żidiet rekord tal-każijiet ġodda ta’ coronavirus u nisslu biża’ li din tista’ tkun it-tieni mewġa tal-pandemija fl-eqqel tal-btajjel tas-sajf. F’24…

Aktar