Kronaka
Mara titlef ħajjitha waqt li kienet qed togħdos fi Mġarr ix-Xini

Għawdxija ta’ 35 sena tilfet ħajjitha waqt li dalgħodu kienet qed togħdos fil-bajja ta’ Mġarr ix-Xini. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30am.

Il-Pulizija qalet lil TVM li l-mara, li hija mir-Rabat, Għawdex, ittellgħet minn membri tal-Forzi Armati fil-port tal-Imġarr.

Hemmhekk hija ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku li kien fuq il-post, iżda sfortunatament ġiet iċċertifikata mejta ftit wara.

Fil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Bridgitte Sultana. Il-Pulizija qed tinvestiga.