Kronaka
AĠĠORNAT: Mara tweġġa’ gravi wara li ttajret minn vann fiż-Żejtun

Mara sofriet xi ġrieħi wara li ntlaqet minn vettura kmieni waranofsinhar fiż-Żejtun. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.45pm fi Triq Luqa Briffa, viċin l-iskola sekondarja.

Il-mara, li għandha 33 sena u tgħix Wied il-Għajn, intlaqtet minn vann tat-tip Isuzu Elf misjuq minn raġel ta’ 28 sena miż-Żejtun stess.

Amulanza ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei, fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

F’Għawdex tnieda servizz ta’ emerġenza ġdid għall-pubbliku li se jopera wara l-ħinijiet tal-uffiċċju, fi tmiem il-ġimgħa kif ukoll fil-btajjel pubbliċi. Dan is-servizz, li beda fuq inizjattiva tal-fergħa Għawdxija tal-Fondazzjoni għal…

Annimali

F’dan iż-żmien tas-sena ħafna jsibu ħin biex jagħmlu atti ta’ imħabba jew solidarjetà mal-oħrajn. Artista Franċiża li tgħix Malta ddeċidiet li ttella’ wirja b’pitturi biex bil-flus li tiġbor mill-bejgħ tagħhom,…

Mużika

Il-kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida se jżomm mat-tradizzjoni u jsir fl-Epifanija fis-6 ta’ Jannar f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi l-Belt. Il-kunċert b’kollaborazzjoni ma’ Festival Malta u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se jsir b’risq…

Kronaka

L-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed jinvestigaw il-mewt ta’ priġunier Malti ta’ 26 sena li nstab mejjet. Television Malta jinsab infurmat li l-priġunier neħħa ħajtu. Fi stqarrija maħruġa mill-Faċilità Korrettiva…

Aktar