COVID-19
Mara tmut waqt li kellha l-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa mietet persuna oħra waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.

Il-vittma hija mara ta’  89 sena li tilfet ħajjitha fl-Isptar St Thomas.

B’hekk l-ammont ta’ vittmi f’Malta minn meta bdiet il-pandemija huwa ta’ 316.