Kurżitajiet
Mara tqila ssib ġurdien mejjet hija u tiekol platt soppa

Mara tqila sabet ġurdien mejjet fis-soppa meta kienet qed tiekol mal-familja tagħha f’restorant rinomat Ċiniż fil-provinċja ta’ Shandong.  Il-każ seħħ fis-6 ta’ Settembru li għadda.

Ir-ritratti tal-ġurdien mejjet li ttella’ biċ-chopsticks mal-ewwel infirxu malajr fuq is-sit soċjali Weibo, tant li r-restorant qala’ daqqa ta’ ħarta, kemm għax ingħalaq, kif ukoll għax il-katina ta’ restoranti Ċiniżi Xiabu Xiabu tilfet madwar €160 miljun f’bejgħ.

Ir-restorant ried jagħti kumpens ta’ €600 lill-mara, iżda żewġha rrifjuta li jieħu l-flus u minflok ried li martu tgħaddi minn check-up qabel jiddeċiedi kemm danni se jsofru minħabba dan l-inċident.

Il-mara kienet laħqet bdiet tiekol is-soppa meta sabet il-ġurdien mejjet.  Żewġha allega li wieħed mill-impjegati tar-restorant issuġġerixxa li l-mara twettaq abort jekk qed tinkwieta dwar saħħet it-tarbija u offrielha mal-€2,500 għall-abort.

Bosta kienu dawk li malli raw ir-ritratti ħassuhom ma jifilħux u biddlu fehemthom dwar il-kwalità u l-indafa ta’ dan ir-restorant tant popolari u li kien favorit ma’ ħafna nies.

Ir-restorant ħareġ stqarrija fil-jiem li għaddew biex jgħid li qatt ma kellhom problema ta’ iġjene minkejja li l-ġurdien spiċċa fil-platt tal-mara, iżda ftit tal-ħin wara neħħew dan il-kumment.  L-awtoritajiet tal-belt ta’ Weifang qalu li qed jinvestigaw il-każ.

Is-soppa fil-hotpot hija ikla komuni fiċ-Ċina u hija popolari wkoll f’paritjiet oħra tal-Asja.  Tikkonsisti f’soppa sħuna b’diversi biċċiet tal-ħaxix u laħam nej li jissajjar fl-istess platt (forma ta’ borma) li jisserva lill-klijent li jkun ordna dak il-platt.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-Ukrajna, il-Partit tal-President Volodymyr Zelensky mistenni jirbaħ elezzjoni bikrija u jsaħħaħ il-qawwa politika tiegħu. L-exit polls qed juru li l-partit tiegħu se jikseb maġġoranza parlamentari iżda se jkollu bżonn ta’…

Barranin

Ixxandar recording ta’ konverżazzjoni bejn frejgata tar-Royal Navy Ingliża u bastimenti tal-forzi armati Iranjani, mumenti qabel it-tanker taż-żejt Ingliż inħataf fil-Golf nhar il-Ġimgħa. Fir-recording, bastiment Iranjan jgħid lil HMS Montrose…

Aktar