Kurżitajiet
Mara tqila tixtri kafè u minflok ħalib jitfgħulha likwidu ta’ deterġenti

Mara tqila tista’ tgħoddha b’waħda meta fil-kafè li xtrat kien hemm likwidu tad-deterġenti.

Il-każ ġara f’Lethbridge, il-Kanada meta mara marret biex tixtri minn drive-through tal-McDonald’s.

Hija xtrat latte iżda meta marret biex tixrob, mal-ewwel belgħa tegħmet xi kimika. Fil-pront hija beżqet il-kafè u xħin fetħitu ħarġet riħa qawwija ta’ kimika.

Meta marret lura l-ħanut, il-ħaddiema ndunaw li kien hemm il-wajer li bih inaddfu l-magna tal-kafè mqabbad minflok il-ħalib. Għaldaqstant minflok ħalib bil-kafè, huma tawha kafè mħallat b’deterġent.

Xħin il-mara marret tilmenta l-ħanut, hija ġiet offruta kafè ieħor imma m’għandniex xi ngħidu hija rriffjutat mal-ewwel u saħqet li dan mhux aġir aċċettabli.

Midja barranija qed tirrapporta li l-manager tal-ħanut qal li bħalma jiġri kull filgħodu dakinhar nadfu l-magna tal-kafè u bi żball is-supply tal-ħalib kien imqabbad mas-sistema tat-tindif. Qed ikun irrapportat ukoll li dan ma kienx każ iżolat hekk kif ħaddiem instema’ jgħid li din diġà kienet ġrat.

Il-manager urieha l-pakkett li jużaw għat-tindif sabiex tkun mgħarrfa x’fih ħalli titkellem mat-tabib. Fortunatament il-mara ma belgħetx il-kafè u għalhekk ma għamlet l-ebda ħsara la għal saħħitha u anqas għat-tarbija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Qed ikun meqjus l-ewwel każ tax-xorta tiegħu fl-istorja politika, dak tal-Prim Ministru tas-Serbja Ana Brnabic, li s-sieħba tagħha għadha kemm welldet tifel. Brnabic, li għandha 43 sena, hija mhux biss…

Barranin

Terapija ġdida fl-Ingilterra qed tagħti tama lil dawk li qed jitilfu l-vista. L-isptar Oxford Eye, f’Ingliterra qiegħed jamministra terapija marbuta mal-ġenetika tal-persuna biex jgħin lill-pazjenti li jbatu biex jaraw ma…

Kurżitajiet

Huwa maħsub li xi infermiera fi sptar f’Napli ħarrbu skoss wirdien fil-ward fejn jaħdmu biex jaqilgħu transfer. Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali minn pazjenti tal-isptar Vecchio Pellegrini juri għadd…

Barranin

In-nirien li nfirxu fid-distrett storiku Dhaka f’Bangladesh wasal għall-mewt ta’ 70 persuna. In-nar infirex wara li feġġ f’binja residenzali li fiha kien hemm xi kimiċi perikolużi. Peress li t-toroq huma…

Aktar