Kronaka
Mara tweġġa’ gravi f’inċident f’Marsaskala

Mara ta’ 50 sena li tgħix Marsaskala dalgħodu weġġgħet gravi f’ħabta f’Marsaskala stess. Il-Pulizija qalet li l-inċident fi Triq il-Gardiel seħħ għall-ħabta tal-5.30am.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post, fejn irriżulta li raġel Taljan tilef il-kontrol tal-vettura Toyota MR 2 li kien qiegħed isuq, bil-konsegwenza li ħabat ma’ vettura tat-tip Audi li kienet ipparkjata. Fit-Toyota kien hemm il-mara ta’ 50 sena.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lil mara u permezz t’ambulanza ttieħdet l-Isptar Mater Dei. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.