Kronaka
Mara tweġġa’ gravi wara li waqgħet f’barriera f’Għawdex

Mara ta’ 57 sena li tgħix Wied il-Għajn weġġgħet gravi wara li waqgħet f’barriera f’Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.00 a.m. fil-Qala.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li l-vittma kienet miexja minn passaġġ dejjaq ma’ xi persuni ometa waqgħet madwar sular u nofs.

Hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħdet b’ambulanza l-isptar fejn ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.