Kronaka
Mara tweġġa’ gravi wara li waqgħet fuq xarabank

Mara ta’ 78 sena weġġgħet wara li dalgħodu kienet qegħda fuq xarabank fir-Rabat. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30am meta r-rotta kienet waslet fi Triq il-Mużew.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-anzjana, li tgħix l-Imtarfa, tilfet il-bilanċ u waqgħet fuq ix-xarabank, misjuqa minn raġel Filippin ta’ 50 sena.

Hija ttieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn kienet iċċerifikata li weġġgħet gravi. Il-Pulizija qed tinvestiga.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kummissarju tat-Taxxi javża li dawk l-individwi li huma mitluba jimlew il-Formola tat-Taxxa, li normalment tintbagħat sal-aħħar ta’ Ġunju, jistgħu jagħmlu dan sal-aħħar ta’ Awwissu. Din tapplika kemm għal dawk l-individwi…

Kronaka

Tfajla ta’ 17-il sena qed tallega li ma sabet l-ebda għajnuna mill-Pulizija wara li nsterqilha l-mobile minn stabbiliment tad-divertiment f’San Ġiljan. Hija qalet li marret tirrapporta s-serqa fl-għassa ta’ San…

Televiżjoni u Radju

Il-programm Step by Step to Auschwitz rebaħ żewġ kategoriji fil-festival tal-films tal-Vegas Movie Awards li sar f’Las Vegas nhar it-Tnejn 13 ta’ Lulju. Fuq Facebook, il-produttur Jonathan Farrugia, spjega li l-kategoriji huma L-Aqwa…

Lokali

L-Uffiċjali tad-Dwana sabu €22,130 f’bagalja ta’ passiġġier fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li l-passiġġier kien ġej Malta minn Frankfurt, fil-Ġermanja. Wara li l-passiġġier ma ddikjarax il-flus li kellu…

Aktar