Saħħa
Mara twelled 10 fl-Afrika t’Isfel

Mara ta’ 37 sena mill-Afrika t’Isfel welldet 10 trabi f’dak li qed jitqies rekord ġdid.

Gosiame Thamara Sithole welldet seba’ subien u tlett ibniet.

Hija u żewġha diġà għandhom tewmin li għandhom sitt snin.

Ir-raġel tagħha qal li kienu sorpriżi għax it-testijiet urew li kien se jkollhom tmienja.

Ix-xahar li għadda tfajla ta’ 25 sena mill-Mali welldet disat itrabi.

It-twelid tal-10 trabi qed jiġu meqjus bħala rekord dinji.