Mara twelled fil-karozza wara li jinqabdu fit-traffiku

Esperjenza kemm xejn tal-biża’ għal mara li spiċċat twelled lil binha fil-karozza, weħidha, hekk kif kienet fi triqitha lejn l-istpar fi Houston, f’Texas.

Ir-raġel tagħha li kien qed isuq ġibed filmat tagħha fil-mumenti fejn l-uġigħ tal-mara kien żdied sostanzjalment u kienu ilhom diġà 45 minuta jsuqu lejn l-isptar. Il-mara bdiet tinkwieta hekk kif bdiet tħoss lit-tarbija ħierġa, iżda r-raġel tagħha baqa’ kalm isuq lejn l-isptar filwaqt li neħħilha ċ-ċintorin tas-sigurtà u niżlilha kemm xejn il-qalziet ħalli t-tarbija tkun tista’ toħroġ.

It-tifel twieled qawwi u sħiħ u minkejja li l-mara, fil-paniku tal-mument, inkwetat li ma kienx qed jieħu nifs, it-tifel beda jibki mill-ewwel. Dan kien it-tielet wild tal-koppjali ġie wara żewġt ibniet, għaldaqstant kellhom l-esperjenza li bla dubju kienet ta’ għajnuna kbira fiċ-ċirkostanzi li sabu ruħhom fiha.

Ftit wara li welldet minkejja li r-raġel baqa’ jsuq lejn l-isptar,  ħa mument biex jagħti “high five” lill-martu u qalilha, “Għamilniha!”.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-Kaptan tal-cruise liner MS Braemar irnexxielu jikseb rekord ġdid hekk kif irnexxielu kważi jagħmel l-impossibbli – li jgħaddi l-bastiment minn kanal dejjaq fil-Greċja. L-MS Braema wiesgħa 22.25 metru u għadda…

Kurżitajiet

11-il persuna li jgħixu f’Chiapas, fil-Messiku, ġew arrestati wara li s-sindku tal-pajjiż inħareġ b’forza mill-uffiċċju tiegħu, ġie marbut ma’ trakk tal-pick-up u tkaxkar mat-toroq tal-inħawi. UNA SU ARRASTRADA. Alcalde de…

Barranin

Kamera tas-sigurtà f’ħanut tax-xagħar fi New York qabdet il-mument li ċerv faqa’ l-vetrina u daħal ġewwa. Iċ-ċerv qabeż minn fuq ras mara li kienet qed tistenna fuq sufan biex tinqeda,…

Kurżitajiet

Mara bla saqaf fuq rasha skantat lil kull min kien qiegħed fis-subway ta’ Los Angeles hekk kif qabdet tkanta biċċa opra b’intonazzjoni perfetta. Ħadd qatt ma ta każ lill-mara qabel…

Aktar