Droga
Mara u raġel arrestati wara li nstabu fil-pussess tad-droga

Ilbieraħ ġew arrestati mara u raġel f’ħidma mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga.

Il-mara, li għanda 43 sena u residenti l-Belt Valletta, ġiet arrestata ġewwa l-Ħamrun wara li nstabet fil-pussess ta’ sustanza suspettata droga kokaina u ħaxixa tal-kannabis. L-ammont misjub jindika li ma kinux għal użu personali.

Ir-raġel, li għandu 29 sena u residenti x-Xagħra, Għawdex, ġie arrestat ġewwa l-Imġarr, Għawdex wara li nstab b’ammont ta’ droga kokaina lesta biex tiġi traffikata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u l-persuni mistennija jitressqu separatament b’arrest il-Qorti fis-sigħat li ġejjin, bil-mara tkun akkużata b’pussess aggravat ta’ droga kokaina u ħaxixa tal-kannabis, filwaqt li r-raġel se jkun akkużat b’pussess aggravat tal-kokaina.