Qorti
Mara u raġel jitressqu l-Qorti akkużati bi vjolenza domestika fuq xulxin

Marokkina u Sirjan tressqu l-qorti seperatament u ġew akkużati bi vjolenza domestika fuq xulxin. Huma dehru quddiem il-Magistrat Joe Mifsud bi griff f’wiċċhom. It-tnejn ċaħdu l-akkużi. Il-mara ġiet akkużata fost oħrajn li darbet ħafif lil żewġha, li għamlet ħsara fil-karozza tiegħu u li kisret il-paċi pubblika. Ir-raġel ġie akkużat li kkawża ġrieħi serji fuq il-mara.

Il-Maġistrat Mifsud waqt li innota ż-żieda ta’ każi dwar vjolenza domestika li jispiċċaw fil-qorti, saħaq li l-vjolenza domestika ma tistax tiġi tollerata għalkemm stqarr li l-qorti spiss ikollha idejha marbuta minħabba fost oħrajn in-nuqqas ta’ xhieda.

Il-Qorti tat il-libertà provisorja lil mara b’depożitu ta’ mitejn ewro u garanzija personali ta’ ħamest elef ewro u ġiet imwissija biex ma tersaqx lejn ir-raġel, iżda ċaħdet it-talba tar-raġel għall-ħelsien mill-arrest.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn għada se tibda tiswijiet fis-sistema ta’ katusi f’qiegħ il-baħar li jintuża għar-rimi ta’ drenaġġ trattat mill-impjant ta’ Għawdex. Il-ħidma delikata li għandha tieħu madwar tliet ġimgħat…

Kronaka

Raġel ta’ 33 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’Birkirkara. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Wied għall-ħabta tal-4.45pm. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li s-sewwieq, li jgħix il-Pietà, kien qed isuq…

Saħħa

F’Malta hawn madwar 7,000 persuna li għandhom id-demenzja, bl-istudji juru li l-għadd mistenni jiżdied għal mill-inqas 13,000 sal-2025. L-esperti jemmnu li din hija biss ix-xifer tal-istampa, minħabba li għadd ta’…

Stejjer Umani

Għalkemm il-Maltin ikunu qed jistennew is-sajf bil-ħerqa biex jaqtgħu xi ftit mir-rutina ta’ kuljum tax-xogħol, mhux l-istess jista’ jingħad għal Alfred Attard li ilu aktar minn 40 sena jiġbor il-melħ…

Aktar