Qorti
Mara u raġel mixlija b’pussess ta’ 44 qartas kannabis u eroina

Matthew Bartolo ta’ 30 sena u Josette Azzopardi ta’ 35 sena minn Ħal Qormi kienu akkużati b’pussess ta’ 44 qartas droga kannabis u borża li kien fiha l-eroina.

Il prosekuzzjoni, mmexxija mill-Ispettur Marshall Mallia, qalet li d-droga nstabet fir-residenza tal-akkużati f’Ħal Qormi fit-8 ta’ Marzu li għadda.

Huma wieġbu li mhumiex ħatja, bid-difiża titlob il-ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx, bil-Qorti tilqa’ t-talba fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000.