Kronaka
AĠĠORNAT: Raġel fil-periklu tal-mewt wara inċident ieħor f’Għajnsielem

Sewwieq ta’ mutur jinsab fil-periklu tal-mewt wara l-inċident li seħħ waranofsinhar f’Għajnsielem, f’Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-15:45 fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, bejn vettura tat-tip Hyundai i20 misjuqa minn raġel ta’ 44 sena mill-
Ukrajna minn San Ġiljan, vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 46 sena mill-Għarb u mutur tat-tip Triumph Tiger Explorer XC misjuq minn raġel ta’ 59 sena mix-Xagħra, Għawdex.

Konsegwentement, iż-żewġ vetturi u l-mutur kellhom ukoll impatt ma’ żewġ vetturi tat-tip Nissan Micra u Toyota Prius li kienu pparkjati.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Il-mara wkoll ittieħdet l-isptar minħabba li kienet qiegħda
ssofri minn xokk qawwi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. B. Sultana li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjoni dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Dan huwa t-tieni inċident li seħħ fl-istess triq fi żmien ġimgħa. Waħda mill-vittmi tal-inċident li seħħ ġimgħa ilu, Latvjana ta’ 41 sena, tilfet ħajjitha llum.

 

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

L-AFM għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà bejn sema u ilma. Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti,…

Kronaka

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, talab mill-ġdid għas-sospensjoni tal-proċeduri kontrih. L-avukat ta’ Degiorgio, Dr William Cuschieri talab lill-Prim Awla biex tissospendi l-proċeduri kontrih fil-Qorti…

Kronaka

Anzjan ta’ 74 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-20:30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Vitorja. L-anzjan intlataq minn vettura ta’ tip…

Aktar