Kronaka
Mara u tifla l-isptar wara ħabta fiż-Żejtun

Tifla ta’ 10 snin u mara ta’ 44 sena spiċċaw l-isptar wara ħabta fiż-Żejtun.

L-inċident seħħ fi Triq tal-Barrani għall-ħabta tal-4pm bejn żewġ vetturi.

Karozza minnhom kienet misjuqa minn mara ta’ 32 sena mill-Fgura u l-oħra minn mara ta’ 44 sena minn Birkirkara. Flimkien mal-mara ta’ 44 sena kien hemm passiġġiera t-tifla.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara u lit-tifla l-isptar.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

F’vidjo li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali, raġel jidher iwaddab il-petrol fuq karozza u jġibha ħuġġieġa nar. Kelliema għall-Pulizija ikkonfermat ma’ tvm.com.mt li l-każ seħħ il-Ħadd fit-tlieta neqsin kwart ta’…

Tfal

Ġimgħatejn ‘l bogħod mill-Milied, il-professjonisti u l-ħaddiema tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-FSWS sibnihom iħejju wħud mill-mijiet ta’ rigali li rċevew mingħand għexerien ta’ benefatturi li laqgħu l-istedina tal-Aġenzija Appoġġ…

Saħħa

Investiment ta’ nofs miljun ewro se jwassal għal-riforma fis-servizz respite għall-familji li jieħdu ħsieb l-anzjani qraba tagħhom f’darhom stess. Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal…

Annimali

BirdLife Malta varat kampanja biex il-pubbliku jibda jirrapporta l-‘bird callers’ – apparat elettroniku li jagħmel ħoss ta’ tisfir tal-għasafar u jintuża għall-kaċċa u l-insib. Fi stqarrija BirdLife saħqet li din…

Aktar