Sport
Maratona fil-pixxina tan-Neptunes b’risq l-atleti tal-Ispecial Olympics

Wara s-suċċess tal-atleti Maltin tal-Olimpjadi Speċjali b’rebħ ta’ erbgħin midalja fil-logħob dinji ta’ Marzu li għadda, tissokta ħidmet il-fondazzjoni Marigold biex permezz ta’ din il-pjattaforma tagħti opportunitajiet sportivi lil atleti b’diżabilità intellettwali. F’San Ġiljan għaddejja maratona ta’ waterpolo bis-sehem ta’ madwar 400 atleta.

F’atmosfera sportiva, fil-pixxina tal-klabb tan-Neptunes f’San Ġiljan għaddejja maratona ta’ 24 siegħa logħob tal-waterpolo. Gilmour Borg u Ann Ebejer kienu fost l-ewwel atleti tal-Olimpjadi Speċjali li daħlu fl-azzjoni. Huma qalu li jitħarrġu fl-atletika, iżda għamlu l-almu tagħhom biex jagħtu l-aħjar prestazzjoni fil-waterpolo.

Minkejja li għaddew ix-xhur mill-esperjenza li kellhom fl-Emirati Għarab Magħquda fil-logħob dinji tal-Olimpjadi Speċjali, iż-żgħażagħ qalu li għadhom jgħożżu l-esperjenza u dak kollu li tagħmel magħhom id-delegazzjoni Maltija.

“Nista’ nkun min irrid jiena, m’għandix label fuqi. Jiena Gilmour u nagħmel hekk, hekk, u hekk. Ħadd ma jgħidli li inti ma tistax, b’bibien miftuħin li mingħajr l-Ispecial Olympics ma nkunx jiena,” qal l-atleta Gilmour Borg.

“Mindu daħal f’ħajti, spiċċajt niddedika ħajti fl-Ispecial Olympics u ġġagħlni napprezza iktar id-differenza fin-nies,” qalet Ann Ebejer, atleta oħra.

Id-Direttur tal-Ispecial Olympics Malta, Anna Calleja, qalet li l-ġbir tal-flus biex jappoġġjaw atleti b’dizabilita’ intellettwali hu wieħed biss mill-għanijiet ta’ din il-maratona. “Ma nħarsux lejn il-ġbir tal-fondi biss iżda nħarsu lejn l-atleti tagħna qed jingħataw opportunita’ f’element inklussiv.”

Il-maratona, li qed issir b’inizjattiva ta’ Timmy Camilleri, missier atleta tal-Olimpjadi Speċjali, tibqa’ għaddejja sal-Ħadd f’nofsinhar.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Bdiet tieħu l-forma triq ġdida, li skont il-pjani ta’ Infrastructure Malta, sa erba’ xhur oħra se tkun tista’ tibda tintuża mill-eluf ta’ vetturi li mill-Imrieħel jitilgħu ‘l fuq, lejn ir-Rabat…

Safar

Wara li tard ilbieraħ il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ħabbret li l-Maltin se jkunu jistgħu jżuru 19-il pajjiż meta l-ajruport jerġa’ jibda jopera titjiriet normali mill-1 ta’ Lulju, illum il-Prim…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 kienet ikkontrollata f’Malta, fejn għalkemm ħafna nies inżammu d-dar iżda tpoġġew fi kwarantina. Semmiet il-fatt li l-RT erġajna niżżilniha, u din…

COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-pajjiż rebaħ il-gwerra kontra l-Covid-19. F’konferenza tal-aħbarijiet Dr Fearne qal li ma jfissirx li għax pajjiżi oħra għadhom fil-gwerra, Malta…

Aktar