Kultura
Marċ funebru jindaqq għall-ewwel darba snin wara li nkiteb

Marċ funebru miktub minn Maestro Joseph Sammut fis-seklu l-ieħor indaqq għall-ewwel darba taħt id-direzzjoni tiegħu stess waqt kunċert ta’ marċi funebri imtella’ fil-jiem li għaddew mis-Soċjetà Filarmonika Nazionale La Valette.

Maestro Sammut illum jgħodd 92 sena.

In-noti kiebja tal-marċ funebri “Al mio caro Giuseppe” instemgħu għall-ewwel darba fil-jiem li għaddew f’kunċert li ttella’ mis-Soċjetà Filarmonika Nazionale La Vallette.

Il-marċ inkiteb ħafna snin ilu. Iżda kien biss l-għada ta’ Jum id-Duluri, li ndaqq għall-ewwel darba taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Sammut innifsu. Kien kitbu f’ġieħ Ġużeppi Vella, li f’nofs is-seklu 20 ressqu lejn is-Soċjetà La Vallette; kif jirrakkonta f’din l-intervista mxandra fil-programm ta’ Television Malta “Rasimbras”.

“Ġuzi Vella wieħed mill-kumitat semmieni li jafni, għax jigi l-kunċerti tiegħi u ddiskutu bejniethom. Min kien jgħid għax għadu żgħir, min kien jgħid għax tal-orkestra, u hekk,” spjega l-Kompożitur Joseph Sammut.

Id-deċiżjoni ttieħdet, u eventwalment Mro Sammut dam 37 sena Surmast Direttur tas-Soċjetà.

Il-marċ baqa’ ma ndaqq qatt, qabel din is-sena, b’osservazzjoni tar-regolamenti tas-soċjetà.

“Il-kumitat kellhom xi regoli li ma nistgħux noffru mużika għall-kumitati u ma aċċettawx li jindaqq. Min ħadu dan il-marċ, ma nafux fejn hu, u llum, peress li hemm in-neputi tiegħu fil-kumitat, xtaq li jindaqq u xtaq li nidderiġih jiena,” spjega Mro Sammut.

Fi tmiem id-daqq tal-marċ, akklamazzjoni kbira għal Mro Sammut, li tela’ fuq il-palk ta’ 92 sena waqt kunċert ta’ marċi funebri li s-Soċjetà La Vallette tellgħet fl-Istitut Kattoliku.

Il-kunċert sħiħ, imsejjaħ La Sollevazione di Cristo, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Taljan Antonino Oddo, se jixxandar fuq TVM2 illejla fis-7.00 pm.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Jidher li l-partiti għamlu ħidma akbar biex jiġu eletti aktar nisa eliġibbli għall-kandidatura anke fost il-partiti ż-żgħar fuq livell Ewropew. Il-Professur Carmen Sammut qalet li fuq livell Ewropew, il-“family friendly…

Politika

Il-Membru Parlamentari għall-Partit Laburista Alex Muscat qal li r-riżultat ta’ din l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huwa l-ewwel ġudizzju tal-poplu wara l-każ Egrant. Dan Alex Muscat qalu waqt il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista…

Politika

F’kollegament dirett ma’ TVM, fuq il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista Norma Saliba, l-uffiċjal tal-Partit Laburista Louis Gatt, qal li ħarġu xi riżultati proviżorji mill-ewwel għadd tal-voti. Dr Miriam Dalli għall-Partit Laburista…

Elezzjoni

Mis-sala tal-għadd tal-voti, dawk preżenti jinsabu fil-fażi tal-aġġudikazzjoni tal-vot – fejn il-voti li warrbu l-iscanners iridu jiġu aġġudikati mir-rappreżentanti tal-partiti fejn jieħdu deċiżjoni finali fuqhom. Il-proċess tat-35,00o vot aġġudikati jitlob…

Aktar