Lokali
Marco Bonnici elett President ġdid tal-MUT

Marco Bonnici ġie elett President ġdid tal-Union tal-Għalliema, l-MUT wara li fl-elezzjoni li saret ilbieraħ ġab 1,200 vot, sitt voti iktar mill-kandidat l-ieħor Franklin Barbara wara kampanja twila u missielta b’għadd ta’ akkużi u battibekki bejn iż-żewġ kandidati.

Fi stqarrija, l-MUT qalet li l-voti ġew kkonfermati mill-bord tal-elezzjoni u r-riżultati kollha tal-elezzjoni fosthom għall-Viċi President u l-membri tal-Kunsill se jitħabbru fis-sigħat li ġejjin.

Fil-bidu tax-xahar li għadda l-proċess għall-elezzjoni ta’ President ġdid tal-Union tal-Għalliema kellu jerġa’ jibda mill-ġdid wara r-riżenja tal-bord li kien se jmexxi l-elezzjoni.