Kronaka
Maria Lourdes u Angele Bonnici rilaxxati għad-difna

Illum, il-Maġistrat Joseph Mifsud awtorizza r-rilaxx tal-katavri ta’ Maria Lourdes u Angele Bonnici biex jingħataw difna dinjituża.

L-omm u l-bint instabu bla ħajja parzjalment midfuna f’għalqa b’diversi tiri f’rashom f’Ħal Għaxaq.

Joseph Bonnici, iben u ħu l-vittmi jinsab mixli bil-qtil tagħhom.

Il-Qorti laqgħet ukoll talba tal-għarusa tal-akkużat biex tidħol fil-proprjetà f’Ħal Għaxaq biex tiġbor l-oġġetti personali tagħha mill-post fejn kien ilha snin tgħix.

Il-każ ikompli jinstema’ f’Ottubru li ġej.