Mużika
Mario Biondi f’Malta f’Awwissu

Xahar ieħor, se jagħti kunċert f’Malta, Mario Biondi, wieħed mill-aqwa kantanti tal-mużika jazz u soul fl-Italja.

Mario Biondi, magħruf għall-mużika jazz u soul fl-Italja, se jkun Malta għall-kunċert fit-tmienja ta’ Awissu fil-Forti Sant’Iermu l-Belt. Imwieled bħala Mario Ranno f’Katanja fi Sqallija, Mario Biondi bena l-karriera mużikali tiegħu fil-qasam tal-jazz u s-soul fl-Italja u kanta ma’ bosta artisti, tant li llum jitqabbel mal-leġġendarju Barry White. Hu beda jkanta fl-età ta’ 12-il sena mal-kor tal-knisja u ftit wara beda jieħu sehem fil-festivals reġjonali li kienu jsiru fil-pjazzez.

Il-kunċert f’Malta se jkollu siltiet mill-aħħar album ta’ Mario Biondi, Brażil, flimkien ma’ diski mir-repertorju tiegħu. Din is-sena Mario Biondi ħa sehem f’Sanremo bid-diska Rivederti.

Punt kruċjali fil-karriera ta’ Mario Biondi kien meta ħareġ l-album Sun fl-2013 li laħaq in-numru wieħed fil-klassifiċi Taljani.