Kronaka
Mario Vella huwa r-raġel li dalgħodu tilef ħajtu f’Ħal Kirkop

Mario Vella ta’ 57 sena, magħruf bħala Ta’ Bieżel, huwa l-ħaddiem li dalgħodu tilef ħajtu traġikament meta kien qed jagħmel xogħol bil-high-up fil-mina ta’ Ħal Kirkop.

Sarah Agius Saliba, l-eks Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ, qalet li tinsab ixxukkjata bl-aħbar tal-mewt tiegħu, u rringrazzjatu għax-xogħol li wettaq b’risq ir-raħal.

Fil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Nadine Lia.

Ara wkoll:

Ħaddiem jitlef ħajtu wara li nqabad bejn lifter u s-saqaf tal-mina ta’ Ħal Kirkop