Politika
Mark Anthony Sammut mhux se jikkontesta għat-tmexxija tal-PN

Mark Anthony Sammut, li kien qed jissemma bħala kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, ħabbar li mhuwiex se jikkontesta għal din il-kariga.

Fuq Facebook, Mark Anthony Sammut kiteb illi huwa rrifletta u evalwa s-sitwazzjoni wara għadd ta’ messaġġi mingħand kunsilliera, tesserati, deputati, nies minn barra l-Partit u mijiet ta’ żgħażagħ biex jikkontesta.

Qal li fost l-oħrajn evalwa dak kollu li għandu x’joffri, u dak kollu li għaddej minnu l-Partit. Stqarr li l-PN għaddej minn mument diffiċli, imma fl-istess waqt, dan hu mument li joffri l-opportunità unika ta’ tiġdid u tisħiħ sabiex joffru lil Malta Oppożizzjoni u Gvern alternattiv, kredibbli, u organizzat.

Kiteb li għalih il-politika qatt ma kienet kwistjoni ta’ ambizzjoni iżda hija sejħa biex iservi u qal li sabha diffiċli jħalli l-kariga ta’ President tal-Eżekuttiv tal-PN, iżda dak iż-żmien, emmen li dan kien l-uniku mod li kien fadallu biex iwassal il-messaġġ meħtieġ ta’ bidla mill-qiegħ tal-Partit.

Għalhekk, huwa qal li ħa d-deċiżjoni li ma jikkontestax għall-kariga ta’ Kap tal-Partit, għax mhix l-unika kontribut li jista’ jagħti. Wiegħed li se jibqa’ jagħti s-sehem tiegħu biex fil-PN isseħħ il-bidla radikali meħtieġa.

Intant, ilbieraħ l-Ewroparlamentari Roberta Metsola u l-Membru Parlamentari Therese Comodini Cachia wkoll ħabbru li mhux se jikkontestaw għall-elezzjoni ta’ Kap. Sa issa kien il-Kap attwali tal-PN li ħabbar li ssottometta l-interess tiegħu biex ikun kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Ara wkoll:

Adrian Delia jesprimi l-interess li jkun kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN

Therese Comodini Cachia mhux se tikkontesta għat-tmexxija tal-PN

Roberta Metsola tħabbar li mhux se tikkontesta l-elezzjoni għal Kap tal-PN

Aħbarijiet Oħra

Dokumentarju ta’ Television Malta tefa’ dawl ġdid fuq kif mijiet ta’ eks tarznari kienu esposti għall-asbetos u żviluppaw kumplikazzjonijiet mediċi fosthom kanċer tar-rita tal-pulmun. Ħaddiema rrakuntaw li min fittex lill-kumpaniji…

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista qalet li fit-tieni jum tal-votazzjoni bikrija tal-elezzjoni għal Kap tal-Partit ivvotaw 32% tat-tesserati eleġibbli li jivvotaw. B’hekk, it-total ta’ dawk li vvutaw s’issa bejn il-bieraħ u…

F’messaġġ rekordjat lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-pandemija tal-Covid-19 laqtet is-sistemi tas-saħħa, l-ekonomiji u s-soċjetajiet dinjija. Qal li hu għalhekk li l-pajjiżi l-iżjed milquta u…

Il-Gvern illejla ħabbar tisħiħ fil-miżuri ta’ kontinġenza fil-qasam tad-djar tal-anzjani. Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva qal li meta jiġi identifikat każ pożittiv f’dar tal-anzjani, dak ir-resident se jintbagħat fl-isptar Pawlu Boffa…

Aktar