Lokali
Mark Bishop huwa r-raġel li miet f’ħabta bil-mutur dalgħodu

Mark Bishop ta’ 41 sena huwa r-raġel li tilef ħajtu f’inċident bil-mutur dalgħodu.

Huwa ħabat ma’ trakk li kien ipparkjat fi Triq il-Wied f’Birkirkara, u kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bishop huwa missier ta’ żewġt itfal u kien jgħix is-Sannat. Huwa kien jaħdem fil-qasam tal-gaming.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT – Sewwieq ta’ mutur imut wara ħabta ma’ trakk ipparkjat f’Birkirkara