Politika
Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia jikkritikaw lill-President

Id-Deputati Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia dalgħodu kkritikaw in-nuqqas ta’ azzjoni mill-President George Vella.

Meta kienu deħlin fil-Parlament, iż-żewġ deputati indipendenti li ġew eletti b’koalizzjoni mal-Partit Nazzjonalista, qalu li tkellmu mal-President u r-reazzjoni tiegħu kienet newtrali. Godfrey Farrugia qal li huwa diżgustat bir-reazzjoni ta’ Dr Vella, u qal li stenna li Dr Vella jieħu azzjoni fil-ħin kif suppost u skont il-kostituzzjoni.

Marlene Farrugia qalet li bin-nuqqas ta’ azzjoni tiegħu, il-President qiegħed direttament jew indirettament jikkollabora mal-Gvern billi jgħatti l-problemi kbar li għandu l-pajjiż, fosthom tal-Vitals, u jitfa’ l-importanza biss fuq il-kriŻi tal-Oppożizzjoni.

Komplew li l-President għandu jieħu l-pariri li ngħata mill-esperti kostituzzjonali u jaħtar Kap tal-Oppożizzjoni ġdid. Godfrey Farrugia qal li l-President nesa li jrid iġib lil Malta l-ewwel u qabel kollox.

Qalu li huma qatt ma rrikonoxxew lil Adrian Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni.

Mistoqsija jekk hux lesti jerġgħu jingħaqdu mal-PN f’każ li tinbidel it-tmexxija, Marlene Farrugua qalet “an hour is a long time in politics” u li ma jafux x’se jiġri, waqt li jżommu l-bżonn tal-pajjiż l-ewwel.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

COVID-19

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru. Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat…

Lokali

Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru, ippreżentat total ta’ €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt l-ewwel edizzjoni ta’ ‘A Night at the Palace’, lill-għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali. Waqt li…

Agrikultura

L-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-għasir infetaħ mill-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo, fil-preżenza tal-produtturi tal-inbid Malti. Il-Ministru qal li l-inbid Malti huwa wieħed ta’ kwalità għax l-industrija aġġornat maż-żminijiet. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Agrikoltura Saviour…

Aktar