Kronaka
Marret tixtri l-pastizzi iżda minflok laqqtet tgħajjira u daqqa ta’ ponn

Persuna trans kienet mingħaliha se tispiċċa l-ġurnata b’wiċċ il-ġid, iżda minflok spiċċat umiljata u midruba.

Qabel rikbet tal-linja biex tmur lura d-dar wara ġurnata xogħol, marret tixtri xi pastizzi minn ħanut viċin il-bus stop tal-Imsida, meta persuna ma tafux minn Adam mar fuqha u qalilha li jixirqilha aħjar sausage roll flok pastizzi.

Il-persuna qasmet l-esperjenza tagħha fuq il-midja soċjali, fejn spjegat kif ħassitha umiljata dak il-ħin iżda rabbiet il-kuraġġ u kkonfrontatu, u minn fuq qalgħet daqqa ta’ ponn u ġibdilha xagħarha.

Hija temmet tgħid li kull persuna jixirqilha r-rispett.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija, li qalu lil TVM li mhumiex infurmati li xi persuna sofriet ġrieħi.

TVM jinsab infurmat li l-persuna li għamlet dan l-att la hu s-sid tal-ħanut u lanqas jaħdem hemm.

Intant l-MGRM fi stqarrija fuq Facebook qalet li huwa inaċċettabbli li f’soċjetà li hi konxja tar-realtajiet tal-LGBTIQ+, persuni trans jiltaqgħu ma’ abbużi bħal dawn anke fid-dawl tax-xemx.

Qalet li hija se tkompli taħdem biex kulħadd iħossu sigur u kunfidenti bih innifsu.

F’każ li wieħed jiltaqa’ mal-atti bħal dawn ta’ mibegħda jista’ jirrapporta b’mod sigur fuq https://uni-form.eu.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Fix-xhur tas-sajf, meta ħafna mill-iskejjel ikunu baħħ, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħa l-okkażjoni jwettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ u faċilitajiet ġodda fi kważi 100 skola tal-Gvern madwar Malta u Għawdex. Ħafna…

Kultura

Għaddej ir-restawr tal-eqdem binja fil-Mellieħa . . . kumpless ta’ tmintax-il kamra li kienu nbnew biex joffru spazju għal ftit ħin ta’ mistrieħ lill-pellegrini li jżuru s-santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Il-qagħda…

Kostruzzjoni

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) tikkundanna r-rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni f’postijiet pubbliċi. Dan l-assoċjazzjoni qalitu fi stqarrija wara t-tħassib li wera l-pubbliku fuq il-media soċjali, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rimi ta’…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern ma jistax jindaħal biex iwaqqaf kawżi ċivili li jkunu nfetħu minn ċittadini privati jew minn terzi kontra ġurnalisti li jkunu ġew nieqsa u…

Aktar