Annimali
Marru biex jitimgħu lill-qtates u sabu twissija ma’ wiċċhom…

Il-persuni li jitimgħu l-qtates li hemm fiż-żona ħdejn iċ-ċimiterju f’Ħad-Dingli sabu twissija ma’ wiċċhom li ma jistgħux jitimgħuhom aktar.

Jidher li qamet kwistjoni bejn il-feeders taż-żona u r-residenti fuq l-ikel li qed jingħata lill-qtates tant li twaħħlet nota ma’ ċint biex dawn il-ħlejqa ma jibqgħux jiġu mitmugħa. Il-feeders qed jallegaw ukoll li mara anzjana saħansitra ġiet mhedda minn xi residenti biex ma tibqax titma’ lill-qtates.

Jidher li xi ħadd ħa r-riedni b’idejh u waħħal in-nota f’isem il-kunsill mingħajr ma kkonsulta mal-kumitat tal-istess kunsill.

Il-kunsillier ta’ Ħad-Dingli, Paul Mamo responsabbli mill-ħarsien tal-annimali, qal li ma kienx jaf li se titwaħħal in-nota u bħala rappreżentant tal-kunsill qal li involut f’laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar kif tista’ tingħata għajnuna lil dawk li jieħdu ħsieb l-annimali tal-lokal.

Huwa qal li dan għandu jsir dejjem mingħajr ma jinħoloq l-ebda inkonvenjent għar-residenti. Semma wkoll li l-kunsill ħaseb f’cat shelter ġol-ġnien Joe Farrugia.

Huwa qal ukoll li se jressaq proposta biex jinħoloq aktar kenn għall-annimali f’post addattat.

Residenti tal-lokal qalu li ż-żona ntliet mhux biss qtates imma anke bil-ġrieden.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar