Lokali
Mas-36,000 barrani ngħataw it-tilqima kontra l-COVID-19

Ftit inqas minn 36,000 persuna ta’ nazzjonalità barranija f’Malta u Għawdex ingħataw it-tilqima kontra l-Covid 19.

Dan intqal mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fi tweġiba parlamentari lid-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Id-Deputat Prim Ministru qal li 35, 627 persuna barranija ngħataw l-ewwel doża tal-vaċċin.

Huwa żied jgħid li barranin li għandhom permess ta’ residenza f’Malta jew li qegħdin fil-proċess li jinħarġilhom permess ta’ residenza huma intitolati li jieħdu l-vaċċin.