Enerġija
Massimu ta’ €120,000 fi skema ta’ fondi għal proġetti innovativi fil-qasam tal-enerġija

Bl-għan li jinkoropra aktar sistemi li jiġġeneraw enerġija nadifa l-Gvern qed jistudja l-possibiltà ta’ turbini tar-riħ fuq il-baħar. Żvela dan ma’ TVM il-Ministru tal-Enerġija Michael Farrugia ftit mumenti wara li nieda skema ta’ fondi għall-proġetti innovativi fil-qasam tal-enerġija.

Il-Gvern nieda skema ta’ għajnuna finanzjarja għall-proġetti li jixxprunaw soluzzjonijiet innovattivi ġodda fil-ħarsien tal-enerġija. Għal dawn il-proġetti hemm allokat nofs miljun ewro.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, Manuel Sapiano spjega li l-applikanti se jkunu jistgħu jibbenifikaw minn massimu ta’ €120,000 għall-proġetti ta’ dan it-tip. L-applikazzjonijiet se jibdew jintlaqgħu minn nhar il-ġimgħa u se jibqgħu miftuħin għal sitt ġimgħat.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali, Clayton Bartolo semma’ kif dan il-fond jorbot mal-istrateġija tal-Gvern ta’ riċerka innovattiva f’kull qasam.

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Michael Farrugia semma’ kif l-Aġenzija diġa bdiet tgawdi mill-frott ta’ riċerka intensiva hekk kif ġiet żviluppata sistema li hi kapaċi tidentifika punti fejn ikun qed jinsteraq l-ilma. Ma’ Television Malta qal li qed jiġu żviluppati linji gwida ċari għall-investiment f’enerġija rinnovabbli partikolarment turbini tar-riħ fuq il-baħar.

”Qed nimirħu lejn l-użu tal-baħar madwarna. Naf li sa ftit żmien wieħed kien jitkellem dwar wind farms fuq is-sikka l-bajda. It-teknoloġija minn dakinhar l-hawn kompliet tiżviluppa llum qed nitkellmu dwar floating wind farms.”

Il-Ministru Farrugia qal li dan l-iżvilupp huwa fundamanetali fil-ħidma ta’ Malta sabiex tilħaq il-miri ambjentali stabbiliti mill-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra

Studju maħruġ minn diversi esperti Maltin fil-qasam tas-saħħa fosthom il-Professur Charmaine Gauci, jgħid li Malta qed tesperjenza t-tieni mewġa ta’ Covid-19 kawża ta’ żewġ avvenimenti tal-massa li saru fis-sajf. Fl-istudju…

Il-Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, permezz tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi, bħalissa għaddej b’sejħa ta’ reklutaġġ ghal Compliance Officers ġodda, dan bil-għan li d-Dipartiment isaħħaħ l-infurzar sabiex dejjem aktar nassiguraw li…

Ħamsin sena ilu Villa Bighi ntużat għall-aħħar darba bħala sptar, wara 167 sena ta’ servizz kontinwu. Wirja permanenti fiċ-ċentru interattiv għax-xjenza l-Esplora tikkomemora l-perjodu meta l-binja kienet isservi bħala l-isptar…

Aktar