Ambjent
Masterplan biex il-widien jingħataw il-protezzjoni

Sal-aħħar tas-sena d-dieħla l-Aġenzija Ambjent Malta ser ikollha Masterplan biex il-widien ikunu mmaniġġjati ferm aħjar. Il-Master plan qed jitħejja b’riċerka iffinanzjata mill-programm Life tal-Unjoni Ewropea. Il-Masterplan huwa l-ewwel pass biex il-widien jingħataw il-protezzjoni li jixirqilhom ħalli titħares l-ekosistema filwaqt li jservu ta’ pulmun għall-ħajja umana.

L-Aġenzija Ambjent Malta tinsab fit-tieni fażi tal-programm Life li beda f’Jannar tas-sena l-oħra biex sa tmiem is-sena d-dieħla jitlesta Master Plan għall-immaniġġjar tal-widien. L-uffiċjal Xjentifiku Ewlieni ta’ Ambjent Malta, Alexander Borg Galea qal li l-uffiċjali qed janalizzaw informazzjoni li qed tinġabar minn aktar minn 100 kilometru ta’ widien fil-gżejjer Maltin.

Alexander Borg Galea qal “dan il-proġett qed nagħmluh Ambjent Malta b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija tal-Ilma u l-Enerġija fejn bażikament qed nagħmlu studju fil-widien, rajna x’informazzjoni diġà hemm dwar l-ekoloġija u l-edroloġija tal-widien, ġbarnieha ġo database u issa qed naraw x’hemm aktar informazzjoni li hemm bżonn biex tgħinna nimmaniġġjaw il-widien b’mod aktar effiċjenti biex nikkonservaw il-biodiversità u l-importanza tal-widien li jsostnu l-ilma tal-pjan”.

Iċ-Chairman ta’ Ambjent Malta Conrad Borg Manche qal li dal-proġett huwa importanti għaliex il-widien fost oħrajn iservu biex jinġabar l-ilma tal-pjan.

Conrad Borg Manche qal “dak li jassorbi l-wied jinżel fl-ilma tal-pjan li huwa importanti ħafna għall-ekosistema li għaddejjin taħt l-art għax ftit nies jafu li taħt l-art hemm bjar kbar li l-ilma tax-xita, jiffiltra l-ilma u jispiċċa fl-ilma tal-pjan u n-natura hija katina u huwa importanti li l-ministeri jaħdmu bejniehom biex il-proġett isir fl-intir tiegħu flimkien mhux sempliċiment fil-wiċċ fejn jaraw in-nies”.

Il-Ministru tal-Ambjent Jose Herrera qal li bil-programm LIFE ser ikunu magħrufa l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu għall-ħarsien tal-widien. Il-Ministru tal-Enerġija u l-ilma Joe Mizzi qal li l-informazzjoni li ser tinġabar ser tkun ta’ għajnuna anke għall-pajjiżi oħra Mediterranji. Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia qal li l-fondi għal dan il-programm inkisbu direttament mill-Kummissjoni Ewropea u mhux mil-fondi allokati għal Malta. Dr Farrugia qal li ser jitwaqqaf unit biex jinġibu aktar fondi mill-programmi tal-Kummissjoni Ewropea li għandhom baġit ta’ €3.5 biljun.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia akkuża lill-Gvern li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, u li qed itellef lil pajjiż mill-fibra morali, tant li fi kliemu sar pajjiż li fih xi ħadd…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li issa huwa ż-żmien biex ikun hemm diskussjoni serja dwar l-integrazzjoni biex kulħadd iħossu ugwali. Dr Muscat qal li dan huwa…

Kultura

Festival ta’ films kontemporanji Taljani se jkun organizzat bejn għada u l-Ħadd li ġej mill-Istitut Taljan tal-Kultura b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Programm għall-Istudji tal-Film tal-Università ta’ Malta. Cinema Italia…

Saħħa

Il-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel ippubblikat sejħa għall-proposti biex jinstab operatur għas-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta. Fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex intqal li l-ħelikopter…

Aktar