Lokali
Mastrudaxxa jeħel €4,100 ta’ xogħol ħażin li għamel lill-klijenti

Mastrudaxxa se jkollu jirrifondi d-depożitu lill-klijienti tiegħu li lmentaw b’xogħol ħażin fil-bibien u l-arkata li kienu ordnaw biex jaħdmilhom għad-dar tagħhom.  L-uniku xogħol tajjeb li rriżulta li sar kien fi xkaffa tal-injam.

Il-klijenti huma koppja li għandhom dar f’Ħad-Dingli u fetħu kawża fil-konfront tal-mastrudaxxa biex ifittxuh għad-danni li ġarrbu meta x-xogħol ta’ 7 bibien u arkata sar ħażin u mhux skont is-sengħa.  Huma ħallsu depożitu ta’ €3,200 għax-xogħlijiet tal-injam li ordnaw mingħand il-mastrudaxxa għad-dar tagħhom.

Il-każ imur lura għal Diċembru tal-2012 meta ġew ikkonsenjati l-bibien, l-arkata u xkaffa tal-injam li ordnaw u sabu xi difetti fihom.  Wara li fittxew lill-mastrudaxxa għad-danni, minn analiżi li saret minn espert tekniku tal-Qorti rriżulta li kien hemm numru ta’ difetti fix-xogħol li sar fuq il-bibien u l-arkata bil-konsegwenza li kienu koroh u mhux tas-sengħa.

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri ordnat li l-mastrudaxxa għandu jirrifondi d-depożitu ta’ €3,200.  Hija ordnat li x-xogħol ħażin li sar jittieħed lura mill-mastrudaxxa għajr għall-ixkaffa, mingħajr ma jwettaq xi ħsara fil-propjetà tal-koppja.

Il-Qorti ċaħdet it-talba tal-koppja li jordnaw l-istess xogħol mingħand xi ħaddieħor, bl-ispejjeż iħallashom il-mastrudaxxa, iżda ordnatu jħallas €1,050 f’danni għall-koppja.  B’hekk ix-xogħol ħażin tal-injam li għamel il-mastrudaxxa ġie jiswieh b’kollox €4,100.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 32 sena kien ikkundannat sentenza sospiża wara li nstab ħati li kien qed jisraq id-dawl minn substation tal-kumpanija GO f’Wied Rini, il-Baħrija. Il-Qorti semgħet kif l-akkużat, Edward Dominic…

Kurżitajiet

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum jagħlaq 45 sena.  Jidher li għal Dr Muscat kienet ġurnata normali ta’ xogħol, iżda li matulha xorta ċċelebra għeluq sninu. Ritratt li ttella’ mid-Deputat Prim…

Mużika

Ersaq fil-Qrib hija s-single il-ġdida tal-grupp Malti stabbilit The Travellers, b’filmat mużikali li juri familja tipprova tgħix minn jum għall-ieħor filwaqt li madwarha għaddej kunflitt. B’lirika tipikament bil-Malti, din id-diska…

Aktar