Barranin
Matteo Salvini se jgħaddi ġuri akkużat b’abbuż ta’ poter u li waqqaf dgħajsa bl-immigranti milli tidħol l-Italja

Qorti Taljana iddeċidiet li l-mexxej tal-lemin estrem Matteo Salvini se jiffaċċja akkużi ta’ abbuż ta’ poter u li waqqaf dgħajsa bl-immigranti milli tidħol l-Italja f’Awwissu tal-2019.

Il-Qorti f’Palermo fi Sqallija qalet li l-ġuri tiegħu se jibda fil-15 ta’ Settembru li ġej.

Il-Kap tal-Partit Lega li dak iż-żmien kien Ministru għall-Intern, hu akkużat li waqqaf l-immigranti milli jinżlu fil-gżira ta’ Lampedusa wara li kienu ġew salvati mill-Għaqa mhux governattiva Spanjola Open Arms.

Għal sitt ijiem Salvini irrifjuta li jħalli lil-147 immigrant Afrikan jinżel l-art waqt li l-kundizzjonijiet abbord bdew sejrin għall-agħar. Fi tweet Matteo Salvini qal li li jiddefendi lill-pajjiżu hu d-dover sagrosant ta’ kull ċittadin.