Immigrazzjoni
Matteo Salvini se jgħaddi ġuri talli żamm immigranti milli jiżbarkaw fl-Italja

Is-Senat Taljan ivvota favur il-prosekuzzjoni tal-ex Ministru tal-Interrn Matteo Salvini talli mblokka vapur bl-immigranti ‘l barra mill-kosta Taljana, f’Awwissu li għadda.

Aktar minn 100 immigrant damu 19-il ġurnata bejn sema u ilma ‘l barra mill-gżira ta’ Lampedusa, abbord il-bastiment Spanjol Open Arms.

Prosekuturi fi Sqallija qed jakkużaw lil Salvini b’detenzjoni illegali – akkuża li ġġor magħha piena sa 15-il sena ħabs.

Salvini li huwa kontra l-immigrazzjoni diġà se jgħaddi ġuri fuq każ simili.

Is-Senat ivvota 149 vot favur u 141 vot kontra, li lil Salvini titneħħielu l-immunità parlamentari u għalhekk issa huwa mistenni jiffaċja proċeduri legali.

Salvini li għandu 47 sena jgħid li kienet il-politika tal-Gvern Taljan li jipprevjeni lill-immigranti rregolari milli jjiżbarkaw fl-Italja.

“Li niddefendi l-Italja mhux reat. Jien kburi li għamilt hekk u nerġa’ nagħmel hekk,” saħaq Salvini.

 

Aħbarijiet Oħra

L-Awstralja rnexxielha tirreġistra rekord bl-inqas każijiet ta’ Covid-19 fi tlett xhur, fejn irrapportat biss 18-il każ ġdid. Fl-istat ta’ Victoria li kien meqjus bħala l-epiċentru għall-virus irreġistra biss 14-il każ…

Il-kumpannija TikTok fl-Istati Uniti qalet li ftehim bejn il-kumpannija Ċiniża u dawk Amerikani Oracle u Walmert wassal biex dan l-app tant popolari mat-tfal, żgħażagħ u anki adulti jibqa’ jopera fl-Istati…

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-ġimgħa d-dieħla se jinnomina mara biex timla l-post vakanti tal-Imħallef tal-Qorti Suprema Ruth Bader Ginsburg li mietet jumejn ilu fl-età ta’ 87 sena. Ġimgħat…

Ragel inżamm arrestat wara li ġie akkużat b’serqa minn banka tal-lottu u li f’każ ieħor ikkawża ġriehi gravi lil raġel li kellu xi jgħid miegħu f’ħanut tax-xorb. Is-serqa mill-banka tal-lottu…

Aktar