Kisbiet
Matthew Chetcuti rebbieħ tal-Premju Soċjetà Ġusta

Matthew Mifsud rebaħ il-Premju Soċjetà Ġusta għaliex fil-fehma tal-bord tal-għażla minkejja d-diżabilità tiegħu jaħdem qatigħ favur l-inklużjoni.

“Din il-kelma tqila kull ma hi xi ħaġa sempliċi, illi bniedem ikun jista’ jgħix ħajja indipendenti kif jixtieq hu mingħajr limitazzjonijiet u għalhekk twassal għal soċjetà ġusta.”

Waqt is-serata tal-premjazzjoni organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabiltà, ġew rikonoxxuti persuni li minkejja d-diżabilità tagħhom inserrixxew ruhhom fis-soċjetà bil-kisbiet u ħiliet tagħhom.

“Nagħtu ġieħ u ngħidu grazzi lill-persuni li rnexxilhom ikissru barrikati ta’ madwaru, joħroġ u jgħix il-ħolma ta’ ħajtu.”

B’kollox il-bord tal-ghazla kellu jezamina 30 nominazzjoni u ngħataw seba’ premijiet fosthom wieħed għal perseverenza li ntrebaħ mill-Familja Sultana li l-erba’ membri tagħha huma lkoll nieqsa mid-dawl.

“Nagħmlu kuraġġ u nkomplu navvanzaw ‘l quddiem biex dak li tixtieq il-ħajja u toffrilna nkunu lesti għaliha.”

Il-Bank of Valletta rebaħ l-unur bħala l-iktar kumpanija li taħdem b’mod inklussiv. L-Assoċjazzjoni tal-ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu rebħet l-unur ta’ Premju għal Ħidma fit-Tisħiħ tad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, filwaqt li s-Soċjetà Mużikali La Stella Levantina Santa Marija, Ħ’Attard rebħet il-premju Parteċipazzjoni Attiva fl-Isport, Arti u Kultura.

Rebbieħa oħra għall-kisbiet tagħhom kienu Kurt Micallef, li rebaħ il-premju għal Kisba tul il-Ħajja fis-Settur tad-Diżabilità.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Tlesta proġett ta’ restawr tal-pittura tas-saqaf fil-Kappella dedikata lill-konversjoni ta’ San Pawl fil-Wied ta’ Birkirkara. Din kienet saret mill-artist Ġużeppi Briffa waqt li r-restawr sar mill-kumpanija Atelier Del Restauro. Ir-restawr…

Qorti

Dr Manfred Galdes li kien Kap Eżekuttiv tal-FIAU, qal li n-nuqqas ta’ riżorsi fit-taqsima tal-Pulizija dwar ir-reati ekonomiċi kienet qed tagħmel ix-xogħol tal-FIAU inutli. Spjega li r-rapporti li l-FIAU kienet…

Saħħa

Fiċ-Ċina, tliet persuni mietu u iżjed minn 200 oħra jinsabu morda, wara li ħakimhom mikrobu ġdid li qed jissejjaħ novel coronavirus. F’kummenti lil TVM, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci,…

Aktar