Kurżitajiet
Matthew James, Dav.Jr u Micimago flimkien b’diska ġdida: Recovering

Recovering hija diska ġdida mingħand Matthew James, Dav.Jr u Micimago. Ta’ sikwit rajna lil uħud minn dawn jikkollaboraw bejniethom: Matthew James u Micimago huma parti mill-kollettiva MTEAM flimkien ma’ Mr.M u Kugene; Dav.Jr jaħdem ta’ spiss ma’ Matthew James fil-komunità Songsmith, iżda qatt ma rajna lil dawn it-tlieta, flimkien, fuq diska waħda!

 

Iż-żewġ artisti juru x’isarrfu f’did-diska bil-ħoss organiku li huma magħrufin għalih – sakemm Micimago itiha l-laqta tiegħu kif jaf jagħmel tant tajjeb hu.

Recovering titkellem dwar meta titlef il-lealtà ta’ xi ħadd, u l-emozzjonijiet ta’ niket, rabja u nostalġija li din iġġib magħha. Il-music video, xogħol Ricky Bugeja Studios, juri lit-tliet artisti f’salott fejn ma jkun qed jiġri xejn, imma fl-istess ħin, jiġri minn kollox.

Ftit tal-ġimgħat ilu Dav.Jr tħabbar ukoll bħala l-frontman il-ġdid għall-grupp The Busker.