Propjetà
Matthew Pace ma jitfaċċax għal-laqgħa tal-PA dwar il-proġett Townsquare

Il-membru tal-Bord tal-Ippjanar tal-Awtorità tal-Ippjanar, Matthew Pace, mhuwiex preżenti għal-laqgħa tal-lum li fiha qed tkun diskussa l-applikazzjoni għall-proġett Townsquare t’Tas-Sliema.

Il-ġimgħa li għaddiet il-Qorti tal-Appell sabet li s-Sur Pace kellu kunflitt ta’ interess fl-applikazzjoni tal-proġett tad-DB f’Pembroke, u għalhekk irtirat il-permessi kollha għall-proġett, li issa jrid jerġa’ jiġi deċiż mill-ġdid.

Fil-jiem li għaddew il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li wara d-deċiżjoni tal-Qorti, is-sur Pace għandu jirriżenja mill-bord  tal-PA.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT (2): Il-Qorti tirtira l-permess tad-DB f’San Ġiljan fuq kunflitt ta’ interess

Il-PM jgħid li l-membru fil-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar Matthew Pace għandu jirriżenja

Aħbarijiet Oħra
Politika

Is-Servizz tas-Sigurtà Malti għandu taqsima apposta dedikata għall-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti għall-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan joħroġ mir-rapport annwali tal-Kumitat Nazzjonali tas-Sigurtà għas-sena li għaddiet fejn jingħad…

Teknoloġija

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Melita nediet ċentru ġdid tad-data kif ukoll pjattaforma tal-Internet of things. Permezz ta’ din it-teknoloġija, numru ta’ oġġetti fid-dar jistgħu jiġu mqabbda mal-internet biex jiġu kkontrollati minn fuq…

Politika

Fil-Belt l-għaqdiet Repubblika u Occupy Justice organizzaw protesta fejn talbu li l-parlamentari jwarrbu lil Joseph Muscat minn Prim Ministru, jekk dan ma jirriżenjax minn jeddu.  Qalu li l-Prim Ministru missu…

Lokali

Għall-ewwel darba, l-Ungerija għandha preżenza diplomatika permanenti f’Malta permezz ta’ konsolat fil-Belt Valletta. Fl-inawgurazzjoni, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tal-Ungerija qal li pajjiżu qed jappoġġja l-kandidatura ta’ Malta biex tiġi…

Aktar