Maxine – Young Love

Maxine qed tippreżenta kanzunetta ġovanili li tirrifletti kemm l-età tagħha kif ukoll l-isem tal-kanzunetta. Maxine, l-iżgħar parteċipanta fil-Festival ta’ din is-sena, se tkanta l-kanzunetta “Young Love” flimkien ma’ tliet ‘backing vocalists’. Il-wirja ta’ Maxine se tkun waħda kkulurita permezz tad-dawl u l-grafika li qed tintuża. Il-kanzunetta “Young Love” hija kompożizzjoni ta’ Elton Zarb, b’lirika ta’ Matt Muxu Mercieca.