Barranin
May b’tentattiv finali biex iġġib ftehim aċċettabbli għar-Renju Unit

Kollox għadu staġnat lejlet l-vot fil-House of Common dwar it-triq ‘il quddiem għall-ħruġ mill-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May tinsab fi triqitha lejn Strasburgu biex tiltaqa’ mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claud Juncker, meqjus bħala l-aħħar tentattiv ta’ taħditiet biex tikseb dak li lesti jappoġġjaw id-deputati Ingliżi.

Madanakollu, dan il-vjaġġ mhux jiggarantixxi li May tikseb firma għall-ftehim tagħha, iżda sorsi qrib 10 Downing Street qalu li t-taħditiet diretti huma l-aħjar mod li bihom jista’ jinkiseb xi forma ta’ progess f’mument kritiku bħal dan.

F’wieħed mill-eqdem swieq fir-Renju Unit li jinsab fil-Lvant ta’ Londra, tirrenja l-qasma fil-ħsieb fost l-Ingliżi dwar x’għandhom jagħmlu il-politiċi fil-House of Commons.

“Get on with it, do a good deal. Get the hard border in Ireland sorted out, and just get on with it,” qal Steve Wickenden.

“I think we have got to support Theresa May. At the end of the day I can’t see anyone else stepping up to the plate and saying what she’s putting forward for all of us,” sostniet Caron Webb.

“I think there should be a second referendum, I really do. And I think people should understand a lot more what we could lose as a country, if we leave the EU,” stqarret persuna oħra.

Dawn is-sentimenti qed isiru fl-isfond li skond Downing Street, it-taħditiet dwar Brexit jinsabu staġnati, hekk kif t-tieni vot dwar il-ftehim li mistennija tressaq Theresa May hu skedat għal għada. Il-Prim Ministru Theresa May qed tivvjaġġa lejn Strasburgu, f’tentattiv biex tiffirma ftehim mal-Unjoni Ewropea li jista’ jikseb l-appoġġ tal-maġġoranza tad-deputati.

F’Westminister, il-mexxej Laburista Jeremy Corbyn qal li s’issa ma kien hemm l-ebda bidla għall-ftehim li ġie miċħud b’qawwa f’Jannar mid-deputati u li l-ftehim baqa’ wieħed ħażin.

Waqt li hemm spekulazzjoni li l-vot jista’ jkun pospost, Downing Street qal li huma mistennija jimxu mal-pjan ,u d-dettalji tal-mozzjoni li se tkun diskussa għada għandhom jiġu ippublikati aktar tard illejla.

L-eks ministru għal Brexit Dominic Raab qal li jemmen li jekk isir ftehim li hu aċċettabli għall-pajjiż, dan m’għandux ikun hemm problema biex jgħaddi mill-Parlament. “I support the Prime Minister going back to Brussels and getting the legally binding changes that we need, to make this deal acceptable to the country first and foremost, and I think if we do that, it can pass through parliament.”

L-Unjoni Ewropea qalet li d-deċiżjoni hi f’idejn il-House of Commons u li hija tibqa’ kommessa li tilħaq ftehim fil-ħin qabel jintemm iż-żmien li fih ir-Renju Unit irid iħalli l-blokk Ewropew. Il-Kummissjoni Ewropea qalet li qed tħares li jkun hemm soluzzjoni dwar il-fruntiera bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq billi s-sitwazzjoni tkun legalment aktar ċara.

Ara wkoll:

It-taħditiet bejn ir-Renju Unit u l-UE għadhom staġnati

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000. L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet…

Aktar