Brexit
May tappella lill-Membri Parlamentari biex ma jtawlux il-proċess ta’ Brexit

Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, evitat il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, li kellu jseħħ għada fil-ħdax ta’ billejl.

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May laqgħet l-estensjoni maqbula mas-27 mexxej Ewropew waqt li tenniet li ser tkompli tagħmel l-almu tagħha biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea qabel it-22 ta’ Mejju biex jiġi evitat li r-Renju Unit jieħu sehem fl-elezzjonijiet Ewropej.

Tmien sigħat ta’ diskussjonijiet fil-Kunsill Ewropew bejn il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea, fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat, tat nifs ġdid lill-Gvern Ingliż biex isib soluzzjoni dwar kif ser joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Id-diskussjoni fil-Kunsill Ewropew f’xi mumenti kienet imqanqla minħabba opinjonijiet diverġenti dwar it-talba tal-Prim Ministru Ingliża biex id-data ta’ Brexit tiġi posposta b’sitt xhur għall-31 ta’ Ottubru.

Fi tmiem il-laqgħa, il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li x’jiġri minn issa sa Ottubru huwa f’idejn ir-Renju Unit iżda appella biex din l-opportunità ma tintilifx.

Ftit wara, il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qalet li ser tkompli taħdem biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea x-xahar id-dieħel, u jevita li jieħu sehem fl-elezzjonijiet Ewropej.

Fil-House of Commons, May qalet li d-dibattitu dwar il-Brexit qiegħed jieħu wisq żmien u appellat lill-Membri Parlamentari biex ma jkomplux itawlu l-proċess.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn qal li r-Renju Unit għandu joħroġ mill-Unjoni Ewropea mill-aktar fis jew jinstabu soluzzjonijiet oħra għal din l-inċertezza.

L-estensjoni ta’ Brexit hija maħsuba li tagħti biżżejjed żmien lil House of Commons biex japprova l-ftehim dwar Brexit, li l-Kunsill Ewropew reġa tenna li ma jistax jinbidel.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Russu Vladimir Putin wasal fi Vladivostok għall-ewwel taħdidiet mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un. Il-Mexxej Kim Jong Un wasal fil-belt Russa lbieraħ permezz ta’ ferrovija. Il-Gvern Russu qal…

Kurżitajiet

L-istilla ta’ Juventus u t-tim nazzjonali tal-Portugall Cristiano Ronaldo approfitta mir-rebħ tal-kampjonat mit-tim tiegħu u għall-Għid mar jiċċelebra mas-sieħba tiegħu Georgina fil-Kroazja. Waqt btala ta’ tliet ijiem f’Dubrovnik, spikka l-lussu…

Saħħa

Mara li sofriet minn ġrieħi serji f’moħħha wara li kienet involuta f’inċident ikrah tat-traffiku fl-Emirati Għarab Magħquda qamet minn koma li kienet fiha għal kważi 3 diċenji. Munira Abdulla kienet…

Barranin

Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte hedded lill-gvern Kanadiż bi gwerra jekk ma jiħux lura l-iskart li bagħtu fil-pajjiż. Mal-2,450 tunnellata skart intbagħtet lejn il-Filippini fl-2013 u l-2014 iżda meta sarulha l-ispezzjonijiet,…

Aktar