Brexit
May tgħid li kellha diskussjoni “robusta” ma’ Juncker minħabba xi kummenti li għadda dwarha

L-aħħar Kunsill Ewropew taħt il-Presidenza Awstrijaka ntemm fi Brussell bi ftit li xejn progress fuq il-kwistjoni Brexit. Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May dehret iffastidjata b’kummenti tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker iżda wara li ffaċċjatu, iż-żewġ naħat ma komplewx ifettqu.

F’summit ta’ jumejn, li għalih attenda l-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda fost oħrajn li għandhom ikomplu jissaħħu l-kontroll fuq il-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea u l-ħidma kontra t-traffikanti tal-immigranti.

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May temmen li għad tista’ tingħata l-assigurazzjonijiet li l-membri Parlamentari Inglizi jridu biex jappoġġjaw il-ftehim tar-Renju Unit dwar il-Brexit, minkejja li l-Unjoni Ewropea għamiltha ċara li mhux ser terġa’ tinnegozja dal-ftehim.

Fi tmiem summit ta’ jumejn, il-Prim Minstru qalet li t-taħdidiet biex jiġu ċċarati xi punti ta’ disgwid għandhom ikomplu. May stqarret d-diżapunt tagħha mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker wara l-kummenti tiegħu li d-dibattitu dwar il-ftehim tal-Brexit kien vag.

Qabel issukktaw il-laqgħat tal-Kunsill Ewropew, May dehret taffaċċja lil Juncker li min-naħa tiegħu jidher jipprova jikkalma lill-Prim Ministru May.

Theresa May qalet “what came out of that was his clarity that actually when he used that particular phrase (nebulous) he’d been talking about a general level of debate.”

Il-President Juncker iċċara li ma kienx qed jirreferi għal May iżda għad-dibattitu fir-Renju Unit.

Jean Claude Juncker qal “din ħuduha mill-aħħar mistoqsija tal-ġurnalisti meta jiddeskriv lil May bħala mara ta’ kuraġġ u li qed tipprova tagħmel xogħlha bl-aħjar mod possibbli.”

Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk qal li l-Prim Ministru May ġiet trattata bl-ikbar rispett u japprezza l-isforzi tagħha biex tirratifika l-ftehim dwar il-Brexit. Fi tmiem il-Kunsill Ewropew, il-President Tusk qal li l-mexxejja qablu li jappoġġjaw miżuri għal kontroll fuq il-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea. Qablu li jkomplu jsaħħu l-ġlieda kontra t-traffikanti, u tiżdied il-koperazzjoni mal-pajjiżi minn fejn jitilqu l-immigranti. Il-Kunsill Ewropew qal li jeħtieġ li jsir iżjed biex ikun assigurat li s-Suq Uniku tal-Unjoni Ewropea jevolvi biex iħaddan it-trasformazzjoni diġitali, inkluż l-Intelliġenza Atrifiċjali.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Inqas minn tliet xhur wara li ġie fi tmiemu s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ, eluf ta’ żgħażagħ qed jinġabru fil-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-Papa Franġisku jasal il-Panama għada bil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet jintlaħqu…

Ikel

Fl-isfond tal-kontroversja li bdiet wara s-servizz tal-aħbarijiet ta’ TVM mal-Imam Mohammad Elsadi, dwar il-qtil tal-annimali bir-ritwal Musulman, komplejna nsegwu l-kwistjoni. Mhux eskluż li l-qtil tal-annimal bis-sistema tal-halal, għalkemm mhux isir…

Trasport

Is-sidien tal-pompi tal-petrol bdew b’azzjonijiet industrijali minħabba nuqqas ta’ ftehim mal-Gvern dwar it-talba għal żidiet fil-qligħ tagħhom. L-azzjoni ewlenija hi li l-pompi mhux se joffru s-servizz mill-magni awtomatiċi wara s-sitta…

Familja

Matul is-sena li għaddiet kien hemm xejn inqas minn 1,303 koppji li żżewġu fuq cruise liner li jtajjar il-bandiera Maltija. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-mistoqsija tad-Deputat…

Aktar