Brexit
May tgħid li laħqet kompromess dwar il-problema tal-fruntiera mal-Irlanda

Lejlet l-aħħar vot fil-Parlament Ingliż dwar jekk il-ftehim mal-Unjoni Ewropea għal Brexit għandux jiġi addotat mir-Renju Unit, il-Kummissjoni Ewropea ċċaqalqet dwar il-kwistjoni tal-fruntiera tal-Irlanda ta’ Fuq. Dan seħħ wara laqgħa t-Tnejn tard filgħaxija fi Strasburgu bejn il-Prim Ministru Theresa May u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker u l-Kap Negozjatur Michel Barnier.

Juncker qal li d-dikjarazzjoni maqbula tagħti l-assigurazzjoni lill-Gvern Ingliż li mhux ser jinqabad b’sieq barra u oħra ġewwa l-Unjoni Ewropea. Qal li dan kien it-tieni u l-aħħar ċans. Madankollu, il-parir legali tal-Avukat Ġenerali Ingliż, Geoffrey Cox, lill-House of Commons hu li legalment din l-assigurazzjoni ma biddlet xejn.

Il-Prim Ministru May qalet li l-gvern għamel l-almu tiegħu biex jemenda l-ftehim dwar Brexit wara l-vot ta’ xahrejn ilu. Viżibilment għajjiena u b’vuċi maħnuqa, f’indirizz lill-House of Commons it-Tlieta waranofsinhar, Theresa May qalet li jekk il-ftehim dwar Brexit ma jiġix approvat fil-vot tal-lejla, hemm riskju kbir li r-Renju Unit jispiċċa joħroġ mingħajr ftehim jew saħansitra ma joħroġx mill-Unjoni Ewropea.

F’Jannar, Theresa May tilfet il-vot dwar il-ftehim dwar Brexit b’130 vot. Analisti politiċi qed jgħidu li jekk illejla l-ftehim ma jiġix approvat, dan ikun sinjal ta’ sfiduċja f’Theresa May u n-negozjati tal-Gvern tagħha għal Brexit. X’se jiġri wara hu kaxxa magħluqa.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

L-attriċi Emilia Clarke, li tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys Targaryen fis-serje televiżiva Game of Thrones, żvelat li kienet f’xifer il-mewt waqt li kienet qed tinġibed is-serje. Clarke, li għad għandha biss…

Aktar