Barranin
May tgħid li r-Renju Unit se jilqa’ biss Ewropej li huma professjonisti

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May, qalet li wara Brexit il-pajjiż mhux se jibqa’ jaċċetta persuni barranin li jmorru jfittxu x-xogħol, u se jibda jilqa’ biss lil dawk li huma professjonisti.

F’artiklu li tellgħet fuq Facebook, May tkellmet dwar l-iktar mistoqsijiet komuni marbuta mat-tibdil li se jġib miegħu Brexit. Fost oħrajn, May wieġbet fl-affermattiv għall-mistoqsija dwar jekk Brexit hux se jtemm il-moviment ħieles.

“Daqshekk jibqgħu jiġu nies mill-Ewropa bit-tama li forsi jsibu xogħol,” sostniet May. “Dejjem nibqgħu nilqgħu lill-professjonisti b’ħiliet li jgħinu lill-pajjiż jimxi ‘l quddiem, minn tobba u infermiera sa inġiniera u negozjanti, imma għall-ewwel darba f’għexieren ta’ snin, se jkollna kontroll sħiħ fuq il-fruntieri tagħna.”

Ara hawn l-artiklu sħiħ ta’ May:

Gepostet von Theresa May am Donnerstag, 12. Juli 2018

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’Toronto l-Kanada, raġel spara fuq in-nies bil-konsegwenza li nqatlet mara, u ndarbu tlettax. Fost dawk midruba gravi hemm tifla ta’ bejn tmienja u disa’ snin. Ir-raġel li wettaq dan l-attakk,…

Barranin

Ħdax-il xufier ta’ minibus inqatlu f’daqqa b’tiri t’armi tan-nar meta kienu qed jivvjaġġaw lejn Johannesburg, fl-Afrika t’Isfel. Erbgħa oħra jinsabu fil-periklu tal-mewt. Ix-xufiera, li huma mill-provinċja Gauteng, kienu attakkati hekk…

Barranin

Tifel ta’ 3 snin sofra ħruq gravi f’wiċċu u f’dirgħajh f’attakk bl-aċtu li xxokkja l-komunità ta’ Worcester, fir-Renju Unit. It-tifel kien attakkat ġo ħanut tal-fajjenza llum waranofsinhar, bil-mottiv li għadu…

Barranin

Tia Coleman, mara Amerikana rrakkontat kif ħajjitha nbidlet mil-lejl għan-nhar wara t-traġedja ta’ Missouri li seħħet il-Ħamis li għadda. Dgħajsa li kienet qed iġġorr lit-turisti madwar ix-xmara ta’ Missouri għerqet…

Aktar