Barranin
May tiltaqa’ mal-mexxejja tal-UE biex issalva l-ftehim ta’ Brexit

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May tinsab fi Brussell fejn kellha taħditiet mal-ogħla uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’attentat biex issalva l-ftehim għal Brexit. Fi tweet ftit tal-ħin ilu, il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, kiteb li hu ċar li s-27 pajjiż iridu jgħinu, il-mistoqsija hi kif.

May trid li tingħata iżjed assigurazzjonijiet dwar il-fruntiera mal-Irlanda ta’ Fuq bil-għan li tikseb l-appoġġ tal-membri parlamentari.

Il-Prim Ministru Irlandiż, Leo Varadkar, li se jilqa’ lil May f’Dublin għada, qal li jittama li jserraħ moħħ il-Gvern Ingliż mingħajr ma jibdel is-sustanza fundamentali ta’ Brexit.

Sadanittant qed ikun rappurtat li l-gvern Ingliż qal li l-vot dwar il-ftehim għal Brexit, li kellu jittieħed illum, se jittieħed qabel il-21 ta’ Jannar.

Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May qed tipprova ssalva l-ftehim dwar Brexit b’taħditiet ma’ mexxejja Ewropej u uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Hija kellha laqgħat mal-Prim Ministru tal-Olanda Mark Rutte u l-kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel.

Il-Kanċillier tal-Ġermanja qalet li l-ftehim ma jistax jerġa’ jiġi negozjat imma hija ottimista li tista’ tinstab soluzzjoni.

II-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li l-Unjoni Ewropea mhix se terġa’ tinnegozja l-ftehim imma hemm lok għal aktar kjarifiki.  Fil-Parlament Ewropew fi Strasbourg, Juncker qal li kien sorpriż li l-Prim Ministru May ma rnexxilhiex tgħaddi l-pakkett miftiehem mill-Parlament Ingliż.

Membri tal-kabinett ta’ Theresa May huma fiduċjużi li l-ftehim dwar Brexit jiġi approvat mill-Parlament, minkejja li pposponiet il-vot wara li għarfet li kienet se titlef.

Mhux tal-istess fehma il-mexxej tal-Partit Laburista, Jeremy Corbyn, li fil-Parlament qal li l-ftehim ta’ May għal Brexit huwa mejjet. Huwa qal li May qed taħrab mill-Parlament.

Ara wkoll:

Il-Prim Ministru jserraħ ras il-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit

ARA: Il-mument skomdu x’ħin May weħlet fil-karozza

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Oscar Ramirez u bintu ta’ sentejn sabu jistennihom destin li qatt ma basru. Mietu mgħarrqa huma jippruvaw jaqsmu lejn l-Istati Uniti minn El Salvador. Il-kurrenti qawwija tax-xmara Rio Grande mal-fruntiera…

Barranin

Dan hu l-mument fejn it-tarbija tat-twelid li ngħatat l-isem ta’ India nstabet f’basket tal-plastik f’Georgia l-Istati Uniti. Kienet il-bikja rqiqa tagħha li wasslet biex residenti fl-inħawi fejn intrema l-basket joħorġu…

Barranin

San Francisco sar l-ewwel pajjiż fl-Istati Uniti li pprojbixxa l-bejgħ tal-e-cigarettes. Dan sakemm ikun ċar x’effett għandhom fuq is-saħħa. Nhar it-Tlieta li għadda ġie vvotat biex ikun illegali li bejjiegħa…

Teknoloġija

Għall-ewwel darba, il-kumpanija tal-Facebook qablet li tagħti informazzjoni ta’ utenti Franċiżi li huma suspettati li jiktbu kliem ta’ mibegħda lill-Qorti meta tkun mitluba. Sal-lum il-ġurnata, Facebook ikoopera mal-Qrati Franċiżi fuq…

Aktar