Barranin
May tirbaħ il-vot ta’ fiduċja – se tkompli taħdem biex toħroġ lir-Renju Unit mill-UE

Il-Gvern Ingliż immexxi minn Theresa May fl-aħħar ħin rebaħ bi żbrixx vot ta’ fiduċja li ttieħed mid-deputati fil-House of Commons, fuq il-mozzjoni ta’ sfiduċja li tressqet mill-Mexxej tal-Oppożizzjoni, Jeremy Corbyn.

Dan wara li l-gvern tal-Prim Ministru Theresa May ġie megħlub b’maġġoranza storika ta’ 230 vot fil-Parlament fuq il-ftehim tal-Brexit. Madanakollu, meta ttieħed il-vot ta’ fiduċja fil-gvern, dan tal-aħħar kiseb 325 vot favurih u 306 kontra.

Intant, fil-ftuħ tad-dibattitu qabel il-vot, Theresa May qalet li wara l-vot tal-bieraħ, il-Gvern tagħha ser ikompli jaħdem biex joħroġ lir-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, u ser jagħmel dan anke jekk dan ifisser li jitwal il-process b’diversi xhur. Hija qalet li ser tagħti widen għal fehmiet tal-membri parlamentari.

May wieġbet lill-Kap tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn li sejjaħ għal vot ta’ sfiduċja fil-Gvern tagħha. Fil-ftuħ tad-dibattitu dwar il-mozzjoni, Corbyn iddeskriva l-gvern ta’ Theresa May bħala Gvern-Zombie li ma jistax jamministra l-pajjiż. Kien għalhekk li kien qed isejjaħ biex il-pajjiż imur għal elezzjoni ġenerali.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni fir-Renju Unit Jeremy Corbyn qal li l-Gvern konservattiv ma’ jistax jiggverna l-pajjiż wara l-akbar telfa Parlamentari meta b’230 vot il-parlament Ingliż ivvota kontra l-ftehim tal-Brexit.

“This government has failed our country. It cannot govern, cannot command the support of most people facing the most important issue at the moment which is Brexit – they failed again and lost a vote last night. Isn’t it the case Mr Speaker that with every other previous prime minister faced with the scale of defeat last night, they would have resigned and the country would be able to choose the government that they want.”

Il-Prim Ministru May qalet li f’dan il-mument kruċjali għar-Renju Unit, elezzjoni m’hix ser issolvi l-kwistjonijeit dwar Brexit.

“I believe that if we fail to deliver on what the British people instructed us to do in the vote of the referendum that the views of the British people of this house, of parliament and of politicians will be at an all-time low because they will have lost they will have lost faith in politicians across the whole of this parliament.”

Hija qalet li t-triq ‘il quddiem għar-Renju Unit biex jevita li joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim, u jevita l-konsegwenzi ekonomiċi li dan iġib miegħu, hija li jiġi milħuq ftehim mal-Unjoni Ewropea.

“There are actually two ways of avoiding no-deal – the first is to agree a deal and the second would be to revoke Article 50. Now, that would mean staying in the European Union, failing to respect the result of the referendum, and that is something that this Government will not do.”

Theresa May ix-xahar l-ieħor kien diġà rnexxielha tirbaħ vot ta’ sfiduċja li tressaq kontriha fil-partit konservattiv stess.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Papa Franġisku ddikjara ħames qaddisin ġodda, fosthom wieħed mill-iktar personaġġi influwenti tas-seklu 19 . . . il-Kardinal John Henry Newman. Il-Kardinal Newman jibqa’ mfakkar l-iktar għall-fatt li kien Anglikan ferventi,…

Barranin

Sitta u għoxrin persuna mietu, 18 għadhom irrapportati nieqsa u aktar minn 170 ruħ indarbu fl-agħar maltempata fil-Ġappun fl-aħħar 60 sena. It-tifun Hagibis laqat Tokyo is-Sibt, b’riħ qawwi b’veloċità ta’…

Barranin

Żewġ persuni tilfu ħajjithom u 18 oħra jinsabu midruba wara li ċediet parti mil-lukanda Hard Rock, f’New Orleans. Fil-lukanda kienu qed isiru xi xogħlijiet meta ċediet parti minnha. Kawża tal-inċident,…

Barranin

Fil-Polonja fetħu l-postijiet tal-votazzjoni fejn il-Pollakki mistennija jagħtu mandat ieħor lill-partit tal-Ġustizzja u Liġi Nazzjonali, PiS, li potenzjalment se jkompli jkabbar l-iżolament tal-pajjiż għax tkompli tikber it-tensjoni mal-Unjoni Ewropea minħabba…

Aktar