Barranin
May tirriżenja uffiċjalment minn mexxej tal-Partit Konservattiv

Theresa May illum qed tirriżenja uffiċjalment minn mexxej tal-Partit Konservattiv, iżda se tibqa’ Prim Ministru sakemm jintgħażel is-suċċessur tagħha.

Theresa May ħabbret ir-riżenja tagħha ġimgħatejn ilu, meta qalet li kien ta’ dispjaċir kbir għaliha li ma rnexxilhiex twettaq Brexit.

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea kkaraterizza ż-żmien li Theresa May għamlet f’10 Downing Street.

Oriġinarjament, ir-Renju Unit kellu joħroġ mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu, imma mbagħad ġie pospost għat-tnax ta’ April, u eventwalment għandu jseħħ fl-aħħar ta’ Ottubru.

Ħdax-il membru parlamentari Konservattiv esprimew interess li jieħdu postha bħala mexxej tal-partit u mbagħad Prim Ministru. In-nominazzjonijiet jiftħu u jagħlqu nhar it-Tnejn.

Dan ifisser li fir-realtà, Theresa May se tibqa’ tmexxi l-partit hi sakemm fit-22 ta’ Lulju jitħabbar il-mexxej il-ġdid.

Sadanittant, il-Partit Konservattiv qed jitlef mill-fiduċja tal-Inġliżi. Fil-by-election f’Peterborough, il-Partit Konservattiv spiċċa fit-tielet post wara l-Partit Laburista u l-Partit Brexit.

Ara wkoll:

Viżibbilment emozzjonata tħabbar ir-riżenja tagħha

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uffiċjal tas-sigurtà f’ajruport fi New York tkeċċiet mix-xogħol wara li tat nota lil passiġġier li fiha kien hemm miktub “Int ikrah”. Il-każ li seħħ f’Ġunju fi Greater Rochester International Airport. Il-filmat,…

Barranin

Raġel li raqad fuq saqqu li jintefaħ sab ruħu għadd ta’ kilometri ‘l bogħod fl-Istrett ta’ Messina, il-fliegu ta’ bejn l-Italja u Sqallija. Wara tfittxija ta’ disa’ sigħat, ir-raġel minn Reggio…

Barranin

Tkompli għaddejja l-kontroversja dwar il-vapur taż-żejt Iranjan li kien ilu miżmum minn Ġibiltà minn Lulju minħabba suspetti li kien qed iġorr iż-żejt lejn is-Sirja. Il-vapur issa telaq minn Ġibiltà minkejja…

Barranin

Kelliema għall-għaqda mhux governattiva Spanjola, Proactiva li topera l-vapur ‘Open Arms’ qalet li l-vapur ma jistax ibaħħar u jiżbarka fil-port ta’ Algeciras fin-naħa t’isfel ta’ Spanja, minħabba li ddeskriviet is-sitwazzjoni…

Aktar