Mużika
Meadow Strings b’kanzunetta ġdida Alive

Il-grupp mużikali Meadow Strings ħareġ kanzunetta ġdida Alive.

Meadow Strings huwa kompost minn Magdalene Farrugia u Mario Camileri.

Fil-kanzunetta tagħhom, Alive huma japprezzaw is-sbuħija u l-importanza tal-ambjent.

Miġbud qal is-siġar tal-Buskett il-vidjow mużikali jittratta dwar il-ġmiel tas-siġar jikbru bil-mod u dwar meta jibdew tilgħin il-fjuri jarmu l-fwieħa u l-kulur.

Il-kanzunetta tittratta wkoll il-katina tan-natura li permezz tas-siġar jiġu l-għasafar jgħannu ‘għal kull fomm silenjuż’.

Alive tisħaq li l-qerda, b’kuntrarju għall-ħajja, ma twassal għal imkien u għalhekk il-kanzunetta tissarraf f’metafora kontra l-abort u bil-messaġġ biex niġġieldu għal kull ħajja.

Alive ġiet irrekkordjata minn Wayne Camilleri f’Kat Allergy Studios.

Tista’ ssegwi x-xogħol tal-grupp Meadow Strings minn hawn.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari t-tieni waħda fi ftit jiem, qed tiżvolġi wara laqgħa mqanqla tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ntemmet tard ilbieraħ billejl. Pierre Portelli stqarr li dak li ġara fil-laqgħa…

Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien l-uniku wieħed barra Pierre Portelli li tkellem fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit u stqarr li ser jagħmel proposti lill-Grupp Parlamentari għat-triq ‘il quddiem. Huwa…

Qorti

Taljan ta’ 44 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar ġie mixli b’serq aggravat bi vjolenza fuq anzjan ta’ 77 sena. Il-każ seħħ fl-aħħar tax-xahar l-ieħor minn stabbiliment fi Triq il-Ħġejjeġ,…

Lokali

Il-President George Vella qal li għandu riservi serji dwar il-legalizzazzjoni tal-marijuana rikreattiva. F’konferenza tal-Fondazzjoni Oasi, il-President stqarr li l-kannabis tista’ tkun ta’ benefiċċju għal skop mediku, iżda appella għal kawtela…

Aktar