Saħħa
Mediċina tad-dijabete qed tintuża fir-riċerka tal-kanċer

Ir-riċerka fit-trattament tal-kanċer wasslet tliet riċerkaturi; żewġ Amerikani u Ingliż, biex jirbħu l-premju Nobel tal-Mediċina.

Professur Taljan mill-Università ta’ Bologna, li jinsab Malta fuq stedina tad-dipartiment tal-Patologija fl-Università ta’ Malta, qal li r-riċerka tagħhom turi kif mediċini użati fi trattament ta’ mard u kundizzjonijiet oħra jistgħu jwaqqfu l-progress tal-kanċer.

Il-Professur Taljan Giovanni Romeo jgħid li l-ġlieda kontra l-kanċer ma tieqaf qatt. L-għada li tħabbru t-tliet rebbieħa tal-premju Nobel għall-Mediċina, il-Professur Romeo qal li ir-riċerka tat-tliet rebbieħa tal-premju Nobel timxi id f’id ma’ riċerka li qed jieħu sehem fiha biex jinstab kif iċ-ċelloli tal-kanċer jaddattaw għall-ossiġinu li juża l-bniedem.

“Cancer is a very shrewd entity… Cancers do find devious ways to overcome therapeutic strategies, so research is the only way to go,” qal Prof Romeo.

It-tliet rebbieħa tal-premju Nobel huma l-Amerikani Gregg Semenza u William Kaelin u l-Ingliż Sir Peter Ratcliffe. Is-sigriet tal-ħidma ta’ din ir-riċerka, qal il-Professur Romeo, hija kif mediċina diġà fis-suq, li ħafna jużawha għat-trattament tad-dijabete, tintuża wkoll għat-trattament tal-kanċer.

“By using a pharmacological approach we have a good model which can be used to a clinical trial,” qal Prof Romeo.

Il-premju Nobel għall-mediċina tħabbar mill-Istitut Karolinks fi Stokkolma, u ngħata lit-tliet xjentisti Ratcliffe, Semenza u Kaelin għar-riċerka li għamlu, u li fetħet tieqa fuq strateġija li tista’ eventwalment tiġġieled il-preżenza, mhux biss tal-kanċer, imma ta’ mard ieħor.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Din is-sena tfakkar il-mitt sena mit-twelid ta’ wieħed mill-ikbar artisti tas-seklu għoxrin – Esprit Barthet. L-espressjoni tal-arti tiegħu hija l-legat li ħalla warajh dan l-artist li quddiemu poġġew mexxejja prominenti…

Sport

Il-Fondazzjoni Kottonera u l-Bicycle Advocacy Group ingħaqdu flimkien biex  jagħtu opportunità lid-delettanti tar-rota jipprattikaw id-delizzju tagħhom filwaqt li japprezzaw il-patrimonju kulturali li hija mogħnija bih il-Kottonera. L-attività sabet ukoll l-appoġġ…

Kronaka

Persuna ġarrbet xi ġrieħi wara li llejla ttajret fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30pm fi Triq Aldo Moro. Il-persuna ttajret fil-karreġġjata lejn il-Belt, viċin il-pont pedonali. Fuq il-post marru l-Pulizija u…

Sport

Minkejja ċ-ċokon tal-pajjiż isem Malta tnaqqax fuq it-tazza tal-kampjonat dinji tas-subbuteo. Dan wara li Charles Aquilina s-sena l-oħra rebaħ dan il-kampjonat. Għalkemm il-Maltin li jilagħbu s-subbuteo mhumiex ħafna, Malta qed…

Aktar